Dħul    Knisja S Pawl    Festi Esterni    Socjeta' S Pawl    Il-Festi Taghna    Radju Pawlin
   Attivitajiet    Proġetti    Photos    Tifkiriet    Sit taz-Zaghzagh    Links
   Downloads    Protected Pages    Register    Log On    News    Shop on-Line    Contact Details
   Feedback    Print Preview
 
IL-KNISJA TA' SAN PAWL FL-1736
kif deskritta mill-Isqof Alpheran



L-isqof ta' Malta Paul Alpheran de Bussan, ta' nisel Franciz minn Aix-de-Provence, li dam imexxi l-Knisja tal-gzejjer taghna ghal 29 sena ( 1728- 1757 ), baqa' mfakkar mhux biss ghal-hegga pastorali tieghu fid-djocesi taghna, imma wkoll ghad-deskrizzjoni sabiha u dettaljata tal-knejjes taghna fl-atti taz-zjarat Pastorali tieghu. Huwa kien devot kbir ta' l-Appostlu Missierna San Pawl. Huwa hadem hafna ghall-edukazzjoni tal-Kleru u bena s-Seminarju fl-Imdina, huwa kkonsagra bosta knejjes fosthom dik ta' San Publiju fir-Rabat fl-1731 u ghamel 4 Vizti Pastorali li l-atti taghhom huma minjiera ta' taghrif fuq il-hajja religjuza u fuq l-istorja tal-Knejjes taghna. L-atti ta' l-ewwel zjara li sehhet fis-snin 1728-29, huma aqsar minn dawk tat-tlieta l-ohra u wiehed jifhem ghaliex, billi kien ghadu kif jibda l-hidma tieghu ta' isqof, izda l-ohrajn fihom gmiel ta' deskrizzjonijiet u taghrif. F'dan l-artiklu qasir se nati xi punti interessanti mill-atti tat-tieni zjara tieghu (1736-1740) li tinsab konservata fl-arkivju tal-Kurja fil-Furjana.

1736_2.jpg
L-isqof Alpheran beda u temm din iz-zjara nhar il-Hadd 8 ta' April 1736, akkompanjat mill-Vigarju Generali l-Kan. Adrian Gurgion u mill-Kan. Guzeppi Costanzo. Din kienet l-ewwel Knisja Parrokkjali li zar wara l-Katidral fl-Imdina skond il-procedura tas-soltu billi l-parrocca ta' San Pawl fir-Rabat kienet tikkomprendi t-territorju kemm tar-Rabat kif ukoll ta' l-Imdina u kienet maqghquda mal-hames dinjita' tal-Kapitlu tal-Katidral. L-arcipriet kien Dun Klement Cuschieri.

Iz-zjara saret b'dan l-Ordni: Wara l-kant tal-antifona "Sacerdors et Pontifex"u dak tat-"Te Deum" l-isqof ta l-barka solenni tieghu u bierek il-mejtin midfuna fil-Knisja, izda billi dak inhar kien ftit indispost ma marx ibierek ukoll lil dawk midfunin fil-karnierja u fiz-Zuntier. Huwa ghamel il-Vizita tat-Tabernaklu, tal-Fonti tal-Maghmudija, taz-zjut imqaddsa, tal-Altar Maggur, l-altar tal-Kor, il-hames altari tan-naha tal-Vangelu, il-hamsa l-ohra tan-naha ta' l-epistola, il-Grotta ta' San Pawl, in-navata pincipali, il-Kor, il-Presbiterju, il-konfessjonarji, il-pulptu, l-orgni, il-bibien tal-Knisja, il-karnierja, iz-Zuntier jew cimiterju, l-kampnar, u z-zewg sagristiji.

Fil-ghaxija mbaghad ta' l-istess jum l-Isqof amministra s-sagrament tal-Grizma lil 228 ruh, uhud minnhom kbar fl-eta'.

Il-Knisja li zar hija l-istess bini li ghandna llum, jigifieri dik li bdiet tinbena fl-1653 bl-ispejjez tan-Nobbli Cosmana Navarra, waqfet ghal xi zmien u tlestiet 30 sena wara fl-1683. Mhux il-kaz li nirrepetu hawn dak li ghadna naraw sallum izda nsemmu biss dak li kien hemm u ma nsibuhx illum ghax zdied jew gie mibdul tul il-medda tas-snin. Hekk per ezempju, il-Knisja kellha biss statwa wahda, dik ta' San Mikiel; kienu ghadhom ma gewx ordnati l-istatwa titolari ta' San Pawl, u dawk ta' Kristu Rxoxt, il-Kuncizzjoni, in-Nazzarenu u pariggu il-Maghmudija ta' Kristu minn San Gwann fuq il-battisteru. Barra l-Maggur, l-altari kienu kollha tal-gebel u tnejn minnhom kellhom dedikazzjoni differenti minn tallum. L-altari kollha kellhom lampier zghir quddiemhom.

F'dan l-artiklu se nsemmi wkoll xi taghrif wisq interessanti li sibnih ghall-ewwel darba fl-atti ta' din il-Vizita. Inzid ukoll xi kummenti a bazi ta' taghrif minn dokumenti ohra. Nibdew mill-altari.

1736_1.jpg
L-ALTAR MAGGUR ma kienx dak ta' llum ta' rham alabastru abjad, mhallas mill-Mons. Salvatore Manduca, li sar gdid biex jesa' s-sett tal-kandelabri ta' Corpus, izda dak wisq sabih tar-rham kulurit li llum jinsab fil-Kappellun ta' San Stiefnu. Dan l-altar kien tlesta ghall-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja li saret mill-Isqof Gaspare Gori Mancini fil-21 ta' Settembru 1726. L-Isqof jiddeskrivi r-relikwi tal-qaddisin li hemm fih, San Fulgenz, San Severinu u Santa Venusta. Fuqu kien hemm sitt kandlieri tal-fidda u 4 filatteri tal-ebbanu ta' forma piramildali, mimlijin bir-relikwi, bis-sigilli u l-awtentiki taghhom. Ma nafx hux dawk li ghadna narmaw fit-2 ta' Novembru. Fit-tabernaklu kien hemm pissidi ferm antik bil-koppa tal-fidda li kellu sitt gnub. F'dan l-altar kienu jsiru zewg processjonijiet stazzjonali mill-Katidral, dik tad-29 ta' Gunju, li ghadha ssir sallum u ohra fil-11 ta' Jannar biex tfakkar it-terremot tal- 11 ta' Jannar 1693 li ghamel hsarat kbar fil-Katidral ta' l-Imdina u wkoll fil-Knisja taghna, izda li b'xorti tajba ma qatel lil hadd.

L-ALTAR TAL-KOR, li jissejjah l-altar titolari, ghax qieghed taht it-titular, kien tal-gebel (dak tallum hu ta' l-irham). Dan jissejjah altar gdid, jigifieri ma kienx ilu wisq li sar. Ighid li fuqu kien hemm l-ikona (pittura fuq l-injam) wisq qadima li turi lil San Pawl, bil qeghda fil-maesta' kollha tieghu izda ma jiddeskrivix id-diversi partijiet ta' din l-ikona. Ighid biss li din giet "coloribus renovata' jigifieri mgedda fil-kulur, jew ahjar restawrata. Din l-ikona ghadha tezisti sallum, u fil-pannell tan-nofs hemm impingi l-isem tal-benefattur taghha, l-Arcipriet Don Leonardo de Agatiis, u s-sena 1588. Barra mill-kwadru tan-nofs fiha erba' pannelli izghar li juru l-Konverzjoni ta' San Pawl, il-Predikazzjoni tieghu, in-Nawfragju f'Malta u l-Martirju. Minn dokumenti ohra nafu li fl-imghoddi dan il-pannell kellu wkoll ix-xbihat tal-Madonna, San Pietru u San Gwann Battista. Dawn tnehhew biex il-kwadru l-qadim jigi mkittef u jkun jista' jiffittja bejn l-altar u l-gwarnic tat-Titolar il-Kbir. Izda meta dawn it-tlett xbihat tnehhew ma nafux. Fis-sena 1736 l-isqof isemmi li l-kwadru tan-Nawfragju diga kellu gwarnic pjuttost wiesgha ta' l-injam indurat, izda zgur mhux dak ferm sabih u wiesgha li ghandna llum u li sar mir-Rabtin lejn it-tmiem tas-seklu 19 u li tahtu hemm ukoll skolpit gwarnic tal-gebel.

1736_3.jpg
L-ALTAR TA' SAN ANTON ABBATI jinghad li hu guspatronat, u Abbazia mwaqqfa minn Cosmana Navarra. Kien izolat mill-knisja b'kancell tal-gews. L-isqof isemmi l-qaddisin impittra fil-kwadru kbir tieghu, jigifieri San Anton Abbati, San Filippu Neri u l-Erwieh tal-Purgatorju. Hemm fih imwaqqfa s-Sodalita' ta' l-erwieh. Jissemmew ukoll l-iskulturi fil-gebel li kien hemm madwar il-gwarnic tieghu izda bhal fil-kaz ta' l-altar ta' San Stiefnu, dawn kienu imkissra daqs mitt sena ilu. Dawn l-ornamenti barokki kienu jinsabu f'diversi knejjes u ghadhom jezistu sallum f'xi parrocci, fosthom Haz-zebbug. Fis-sena 1736 din l-abbazija kienet f'idejn l-Arcidjaknu Don Domenico Sciberras, isqof titolari ta' Epifanja. L-abbazija ma kelliex beneficjat, u kellha bhala sagristan lil Dun Tumas Galea.

L-ALTAR TA' SAN GWANN L-EVANGELISTA jinghad li hu guspatronat tal-familja Bonello. Il-kwadru tieghu juri lil San Gwann jikteb il-ktieb ta' l-Apokalissi. It-titolu ta' l-altar inghazel flok wahda mill-kappelli li kienu jinsabu fic-cimiteru jew Zuntier tal-Parrocca u li meta giet desagrata giet trasferita fil-parrocca.

FL-ALTAR TA' SANT'ANNA tissemma l-processjoni li kienet issir f'jum Sant'Anna bil-partecipazzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral, tal-kleru u tal-Konfraterniti kif ukoll tal-magistrati tal-Kunsill Popolari bhala rizultat ta' weghda li kienet saret mill-istess Kunsill Poplari, jew Gvern lokali ta' Malta, fil-pesta tal-1676. Ta' min isemmi li f'dik l-okkazjoni kien jintrema palju bix-xbiha ta' Sant'Anna mpittrin fuq iz-zewg nahat tieghu. Dan llum jinsab fi stat wisq deperit fid-depozitu tal-Muzew. L-anzjani ghadhom jiftakru l-purcissjoni li kienet issir nhar il-festa u li nqatghet madwar hamsin sena ilu.

  • IT-TIENI PARTI
  • Il-Kolleggjata u l-Proto-Parrocca ta' San Pawl tar-Rabat ifakkru l-1950 Anniversarju mill-Migja ta' San Pawl fostna
     
     
    Bookmark and Share
    Goto the beach 09/02/2010
    Tel: +356 7952 9151
    Fax: +44 709 209 4244
    Website: http://evolve.rabatmalta.com
    Email: evolve@rabatmalta.com
    E-volve Internet Services
    44, Triq il-Kullegg,
    Rabat Malta
    Disclaimer
    Internet Connections
    Web Development
    Portal System
    Internet Consultancy